Pisa 0 Bologna 1
Gowl lejn tmiem il-partita fi Stadio Romeo Anconitani kien biżżejjed għal Bologna biex barra minn darhom kisbu l-11-il rebħa fil-Kampjonat fejn telgħu fit-tmien post b’39 punt. Għal kuntrarju Pisa sofrew l-14-il telfa fejn baqgħu fl-aħħar post bi 15-il punt daqs Verona fejn aktar minn qabel kollox jindika li se jkunu relegati.
Minkejja li Bologna kellhom aktar mil-logħob fejn matul l-ewwel taqsima xutt ta’ Castroi stampa mal-lasti, kien biss fid-90 minuta li skorjaw dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.
Minn azzjoni ta’ Remo Freuler kien JENS ODGAARD li bix-xellug minn barra l-kaxxa għeleb lil Nicolas David Andrade. Minuti wara ntemmet il-partita.
Udinese 3 Fiorentina 0
Ebda problema għal Udinese biex f’darhom, fil-Blue Energy Stadium – Stadio Friuli, għelbu l-ostakolu Fiorentina li aktar minn qabel jibqgħħu bi problemi ta’ klassifika fejn niżlu t-tielet mill-aħħar b’24 punt flimkien ma’ Lecce u Cremonese. Udinese bl-għaxar rebħa tal-istaġun, telgħu fl-10 post b’35 punt.
Wara biss 10 minuti Udinese marru fil-vantaġġ. Gowl minn CHRISTIAN KABASELE li bir-ras minn azzjoni ta’ Nicolo’ Zaniolo għeleb lil David de Gea għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima kien KEINAN DAVIS li minn penalty għeleb lil De Gea u rdoppja għall-Udinese. L-aħħar gowl skorjat fl-94 minuta minn ADAM BUKSA minn azzjoni ta’ Lennon Miller.
//= $special ?>

