It-tim nazzjonali Malti tan-Nisa ta’ taħt id-19-il sena safa’ megħlub fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali, mir-Rumanija bl-iskor kbir ta’ 8 – 1 fit-tieni minn żewġ partiti internazzjonali ta’ ħbiberija.
Rumanija fil-vantaġġ fl-14-iminuta meta minn kross baxx Rania Kara Jouli għelbet lil Maya Muscat.
L-iskor sar 2 – 0 fl-20 minuta, b’gowl minn Maria Olah.
Wara l-mistrieħ, fil-51 minuta r-Rumanija għamlu l-iskor 3-0, mill-ġdid permezz ta’ wara li Rania Kara Jouli li fil-55 minuta skorjat it-tielet gowl personali għal 4 – 0 .
Fis-57 minuta, tentattiv ta’ Lisa Calleja spiċċa barra sabiex fl-64 minuta kienet ALEXIA NICULESCU li għamlet l-iskor 5 – 0. Bir-Rumanija tkompli bil-pressjonji fit-80 minuta ESZTER SZOKE skorjat is-sitt gowl sabiex fit-82 minuta kienet SARA BORTEA li għamlet l-iskor 7 – 0 . Fl-84 minuta Malta naqqset l-iskor wara li MARIA STELLA FRANCALANZA għelbet lil Isabela Coman sabiex fit-88 minuta b’xutt minn barra l-kaxxa kienet MARIA IVAN li skorjat it-tmien gowl għar-Rumanija.
//= $special ?>

