Il-Forzi Iżraeljani wettqu attakki ġodda fuq Teheran u Beirut, bl-aħħar attakki fuq l-Iran u l-Lebanon ikomplu jżidu t-tensjoni fir-Reġjun.
Iżrael ikkonferma wkoll li ser ikun qed jidħol f’żoni strateġiċi fil-Libanu sabiex, skont l-IDF, jipprevjenu attakki futuri mal-fruntiera Iżraeljana.
Apparti minn hekk, bħala parti mill-programm ta’ ritaljazzjoni min-naħa tal-Iran, l-ambaxxata tal-Istati Uniti f’Riyadh, fl-Arabja Sawdija, ġiet attakkata minn żewġ drones Iranjani.
Dan fost attakki oħra minn naħa tal-Armata Iranjana fuq bażijiet u ambaxxati oħra fir-Reġjun tal-Golf.
Intant s’issa ġew milquta żoni fl-Arabja Sawdija, il-Kuwait, il-Bahrain, l-Emerati Arab Maqgħuda u anke l-Qatar – attakki Iranjani li ħallew wkoll bosta midruba. Min naħa tagħhom il-Gvernijiet tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Golf ikkundannaw dawn l-aħħar attakki min-naħa tal-Iran, u sejħu mill-ġdid għad-deskalazzjoni.
Bosta mexxejja internazzjonali oħra qed jappellaw għal kawtela mill-partijiet kollha f’dan il-kunflitt.
//= $special ?>

