Internazzjonali

L-armata Iżraeljana tidħol fil-Libanu

Is-suldati Iżraeljani daħlu fit-territorju tal-Libanu mill-art.

Dan kien konfermat mill-IDF fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu, bis-suldati jistazzjonaw ruħhom f’zoni partikolari fin-naħa t’isfel tal-Libanu.

Kelliem għall-armata stqarr li Iżrael irid isaħħaħ il-preżenza tiegħu mal-fruntiera, sabiex ikun ta’ deterrent għall-attakki li eskalaw minn naħa tal-grupp Hezbollah – li huwa difensur tal-Iran, u li ried iwieġeb għall-attakki li saru fl-aħħar jiem minn Iżrael u mill-Istati Uniti fuq Teheran.