Lokali Parlament

4,639 karozza użata u importata mill-Ġappun u 665 mill-Ingilterra

Matul is-sena li għaddiet ġew irreġistrati 4,639 karozza użata u importata mill-Ġappun u 665 karozza użata u importata mill-Ingilterra.

Dan qalu fil-Parlament Chris Bonett, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċ; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.