Fil-Premier League rebħa kruċjali għal Arsenal barra minn darhom kontra Brighton bl-iskor ta’ 1-0. Fl-istess ġurnata Manchester City waqqgħu l-punti f’darhom kontra Nottingham Forest fi draw ta’ 2-2. Il-gowl uniku ta’ Arsena wasal fl-ewwel minuti meta x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Bukayo Saka kien devjat għal ġewwa għal 1-0. Għal kumplament tal-partita Arsenal ftit li xejn kienu perikolużi iżda għarfu jikkontrollaw il-partita u jiddefendu r-riżultat tajjeb, bi Brighton ikollhom okkażjonijiet remoti ta’ skor.
Min-naħa l-oħra Manchester City fetħu l-iskor fil-31 minuta minn Antoine Semenyo qabel kien Morgan Gibbs-White li b’konklużjoni kreattiva għeleb lil Donnarumma għal 1-1. Man City mill-ġdid fil-vantaġġ fit-62 minuta b’gowl ta’ Rodri, b’Elliot Anderson imbagħad jikseb id-draw għal Nottingham Forest, u kiseb punt importanti għat-tim tiegħu fit-taqtiegħa għall-ġlieda tar-relegazzjoni.
Riżultati: Aston Villa v Chelsea 1-4, Brighton v Arsenal 0-1, Fulham v West Ham 0-1, Man City v Nott Forest 2-2, Newcastle v Man Utd 2-1
//= $special ?>

