Futbol Sport

Deskritt bħala pass storiku: Sa tmiem dan ix-xahar, Joseph Portelli se jkun akkwista l-club Taljan ta’ Nocerina

Joseph Portelli
Joseph Portelli

Qed ikun deskritt mill-partitarji ta’ Nocerina bħala pass storiku. Dan hekk kif ilbieraħ, kien konfermat li sa tmiem Marzu, Joseph Portelli se jieħu f’idejh dan it-team Taljan.

Skont is-sit Nocerina Live, li t-Tlieta saret laqgħa online li fiha Portelli wasal fi qbil mal-azzjonisti attwali biex jixtri dan il-club li jinsab qrib Napli.

“Qen naraw it-twelid tan-Nocerina ta’ Portelli”, iddikjaraw is-siti fl-Italja.

Skont tagħrif li ħareġ sa issa, Joseph Portelli diġa’ qabel fil-prinċipju ma’ dan l-akkwist u kif se jieħu f’idejh t-tmexxija ta’ dan it-team. Għalkemm issa jeħtieġ tissejjaħ laqgħa straordinarja tal-azzjonisti sabiex isir uffiċjalment it-trasferiment tal-ishma.