Sport

Ebda gowl fl-ewwel leg tal-ewwel semifinali tal-Coppa Italia

Como     0          Inter     0

Ebda gowl fl-ewwel leg tal-ewwel semifinali tal-Coppa Italia fejn issa kollox irid ikun deċiż fil-partita ta’ ritorn fi Stadio Meazza.

L-ewwel taqsima fi Stadio Giuseppe Sinigaglia kienet pjuttost ibbilanċjata fejn tattikament iż-żewġ timijiet kienu kawti li ma jsofrux l-inizjattiva avversarja. B’Como jkollhom aktar pussess wara li Josep Martinez salva xutt mid-distanza ta’ Nico Paz, fit-42 minuta tentattiv ta’ Vojvoda li wara li evita lil Bastoni ra x-xutt tiegħu jgħaddi barra mill-lasti ta’ Martinez.

Fl-ewwel minuta tat-tieni taqsima, azzjoni veloċi ta’ Inter b’Matteo Darmian jolqot il-lasti. Risposta immedjata minn Como li minn azzjoni ta’ Ivan Smolcic kien Alex Valle li minn quddiem Martinez falla.  

Minkejja dawn l-azzjonijiet il-partita kienet nieqsa minn ċansijiet ta’ skor fuq kull naħa, bl-appuntament għat-tieni leg f’Milan.