Lokali

Ħidma ma taqta’ xejn, li qed tkompli toħloq entużjażmu kbir

L-entużjażmu fost dawk kollha li attendew għall-attività soċjali li saret mill-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista kien wieħed evidenti.

Dan hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista attenda għal din l-attività soċjali li saret ftit jiem qabel Jum il-Mara.

Dawk kollha li attendew urew l-apprezzament tagħhom lejn ix-xogħol li qed isir mill-Partit Nazzjonalista u minn Alex Borg, hekk kif spjegaw li huma determinati aktar minn qatt qabel sabiex jgħinu lill-PN iġib il-bidla li tant hemm bżonn f’pajjiżna.

Filfatt, huma tkellmu ma’ Alex Borg u spjegawlu li hu offra tama ġdida lilhom u lill-familja tagħhom kemm ilu fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista permezz tal-proposti u l-pjan ċar li għandu sabiex imexxi lil pajjiżna.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista rringrazzja lill-folla numeruża li attendiet għal din l-attività hekk kif spjega li huwa propju bis-saħħa tagħhom li hu jista’ jibqa’ jmexxi lill-pajjiżna fid-direzzjoni t-tajba.

Madanakollu, hu appella sabiex jibqgħu ikattru dan is-sens ta’ tama, u anke spjegawlu d-diffikultajiet u l-opportunitajiet li qed jaraw quddiemhom, sabiex hu jkun jista’ jkompli jaħdem favur il-ġid tal-poplu kollu.