Bastiment għall-ġarr tal-kontejners li qed ibaħħar taħt il-bandiera ta’ Malta ntlaqat minn ‘missila jew drone’ waqt li kien ftit ‘il hinn mill-kosta tal-Oman,
Dan waqt li l-bastiment, bl-isem Safeen Prestige, kien qed jivvjaġġa mir-rotta tal-baħar magħrufa bħala Strait of Hormuz u minfejn jitwasslu madwar 35 fil-mija tal-prodotti taż-żejt lejn il-pajjiżi rispettivi.
Ħafna mir-rotta ta’ Hormuz fil-preżent hi magħluqa fost l-intensità tal-konflitt li l-Istati Uniti u Iżrael qegħdin imexxu kontra l-Iran.
Intant, l-ekwipaġġ tal-bastiment ħareġ sejħa għall-emerġenza filwaqt li kkuntattja lill-awtoritajiet Maltin biex jirrapporta dwar iċ-ċirkustanzi. Mifhum li l-missila jew drone laqtet lill-bastiment fis-siegħa ta’ wara nofsinar ħin ta’ Malta.
Ir-rapporti qalu wkoll li qabdu n-nirien fl-engine room tal-bastiment iżda ma weġġa ħadd fl-attakk.
Mifhum li, qabel l-attakk, il-bastiment kien qed jivvjaġġa mid-Dubaj lejn Jeddah, fl-Arabja Sawdija – u fejn kien ipprogrammat li jasal fi tmiem il-ġimgħa.
//= $special ?>

