“B’umiltà qed nappellaw lill-poplu sabiex ikun ġeneruż mal-Partit Nazzjonalista bil-għan li nkunu nistgħu nkomplu nwasslu l-messaġġ tagħna fl-interess nazzjonali.”
Dan kien il-messaġġ b’saħħtu li wassal is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello waqt il-programm NETLIVE, hekk kif nhar il-Ħadd li ġej se tittella’ maratona ġbir ta’ fondi organizzata mill-Partit Nazzjonalista.
Matul il-programm Charles Bonello qal li dawn il-maratoni jsiru sabiex ikomplu jsaħħu l-ħidma tal-Partit Nazzjonalista kif ukoll tal-media tiegħu.
Huwa qal ukoll li bl-appoġġ tal-poplu kollu l-Partit Nazzjonalista jkun jista’ jkompli għaddej bil-ħidma tiegħu; dan hekk kif riċentament ħarġu wkoll numru ta’ billboards ġodda – iżda l-messaġġ irid jibqa’ jitwassal b’saħħa.
Il-maratona ġbir ta’ fondi se ssir nhar il-Ħadd li ġej u se tibda għall-ħabta tat-3:00 ta’ waranofsinhar – b’xandira diretta fuq Net Television kif ukoll fuq Net FM.
//= $special ?>

