Ma jaqta’ xejn il-kunflitt fiz-zona tal-Golf Għarbi, hekk kif il-qawwiet Iżraeljani attakkaw diversi zoni sensittivi f’Teheran – inkluż il-kwartieri ġenerali li jintużaw għad-difiża u s-sigurtà tal-Iran.
L-Iranjani minn naħa tagħhom qed ikomplu b’attakki ta’ ritaljazzjoni. U fost l-oħrajn, intlaqtu siti b’interessi Amerikani kemm f’Dubaj u anke fil-Qatar.
Ġie rappurtat li il-Konsolat Amerikan f’Dubaj kien ukoll fil-mira tad-drones Iranjani. Dan filwaqt li missila laqtet bażi militari fil-Qatar.
Intant, jidher li telgħu għal elf persuna il-vittmi ċivili li tilfu ħajjithom fl-Iran fl-aħħar ħamest ijiem.
//= $special ?>

