Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg
Il-Gvern ma jweġibx mistoqsijiet tal-Oppożizzjoni dwar l-isplużjoni fuq il-vapur Russu
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna fil-Parlament illejla li quddiem is-sitwazzjoni preżenti internazzjonali, il-PN se jibqa’ jpoġġi l-interess nazzjonali bħala prijorità.
Il-Kap tal-Oppożizzoni Alex Borg intervjena fil-Parlament wara stqarrijijiet ministejali mill-Prim Ministru Robert Abela, mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri u mill-Ministru tat-Trasport Chris Bonnet.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li l-PN qed isegwi s-sitwazzjoni tal-isplużjoni fuq il-vapur Russu ta-LNG. Hu spjega li l-bieraħ fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott kien infomah b’din is-sitwazzjoni u aktar tard saret laqgħa mal-Prim Ministru u l-Ministru Byron Camilleri fejn il-PN ħareġ l-id tal-ħbiberija u l-appoġġ f’din is-sitwazzjoni. L-Oppożizzjoni talbet li tkun informata dwar dawn l-iżviluppi.
Dan hu mument li m’hemmx lok għall-partiġjaniżmu iżda jipprevali l-interess nazzjonali, sostna Alex Borg, li kkundanna l-midja Laburista li llum spiċċat tattakkah u jdawru kliemu. Il-Kap tal-PN sostna li l-Prim Ministru mhuwiex kapaċi jżomm keltmu lanqas mill-bieraħ sal-lum kif jagħmel ma’ sħabu. Alex Borg appella biex dan il-każ ma jkunx ballun politiku u sostna li l-Prim Ministru għandu l-obbligu li jwieġeb il-mistoqsijiet tad-deputati u tan-nies.
Il-Ministru Byron Camilleri qal li fis-1 pm tal-bieraħ iċ-Ċentru Nazzjonali tas-Salvataġġ kien informat li kien hemm inċident barra mill-ibħra territorjali Maltin u għalhekk ir-responsabbiltà kienet tal-Libja. Hu qal li ajruplan tal-FAM illokalizza l-bastiment u kompla ċ-Ċentru kien infomrat li l-ekwipaġġ kien kollu qawwi sħiħ u baqa’ fuq il-post sakemm l-ekwipaġġ kollu kien fil-fatt evakwat. Jirriżulta li żewġ membri tal-ekwipaġġ ingħataw assistenza medika fil-Libja.
Il-Ministru Byron Camilleri qal li l-Gvern ikkomunika mal-Kap tal-Opożizzjoni u mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Intern u għadda l-informazzjoni kollha li l-Gvern kellu.
Il-Ministru tat-Trasport Chris Bonnett qal li fit-3 pm vapur tal-merkanzija itajjar il-bandiera Maltija b’sidien Eġizzjani, intalqat minn missilla u nħakem min-nirien. Il-vapur ġarrab ħsarat kbar iżda l-ekwipaġġ ma sofrewx ġrieħi u kienu salvati kollha.
Il-Prim Ministru qal li lbieraħ kien tkellem mal-Kap tal-Oppożizzjoni u mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Intern. Hu sostna li l-inċident seħħ fl-ibħra ta’ salvataġġ Libjani u mhux Maltin u li kien ajruplan tal-FAM li tar fuq iż-żona fl-4 pm. Hu qal li kien diżappunt li l-Kap tal-Oppożizzjoni għamel post fuq il-midija soċjali dwar l-isplużjoni.
Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal li l-Parlament għandu jżomm l-interess nazzjonali bla partiġjażimu. Hu sostna li kellha tkun l-Oppożizzjoni li informat lill-gvern li kienet taf b’dak li seħħ. Kien biss wara dan li l-gvern avviċinaha biex saret il-laqgħa.
Darren Carabott irringrazzja lill-persuni kollha involuti li jżommu s-sigurtà fil-pajjiż. Hu qal li fil-laqgħa ssemma’ li l-bastiment daħal fis-SRA ta’ Malta u sostna li l-gvern jista’ jkun li ma kienx informat sew inkella qed jiżgwida lill-Oppożizzjoni għall-interessi nazzjonali. Hu staqsa jekk il-Ministru Camilleri jafx xħin seħħet l-isplużjoni, xħin daħal il-vapur fis-SRA ta’ Malta, jekk il-valur għadux fis-SRA ta’ Malta, jekk il-bastiment għandux sanzjonijiet, x’wassal biex il-Gvern kellu jirreaġixxi biss wara li kienet l-Oppożizzjoni u jekk il-gvern jafx x’ikkawża l-isplużjoni.
Darren Carabott qal li tant il-Prim Ministru fil-fatt kien tkellem fil-laqgħa mal-Oppożizzjoni, li fi tmiemha Robert Abela irringrazzja lill-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg u lix-Shadow Minister Darren Carabott għall-parteċipazzjoni tagħhom.
Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-inċident tal-isplużjoni u l-attakk seħħ tliet mili nawtiċi ‘l bogħod mis-SRA ta’ Malta iżda sa filgħaxija l-bastiment fil-fatt kien fis-SRA ta’ Malta. Hu qal li l-Gvern għadu ma qal xejn dwar l-interventi militari li qed iseħħu.
Il-Ministru Camilleri qal li fi ftit sigħat li seħħ l-inċident kien informa lill-Oppożizzjoni.
Il-Prim Ministru qal li l-bastiment kien 154 mil nawtiku ‘l bogħod mill-ibħra Maltin meta seħħet l-isplużjoni.
//= $special ?>

