Kif għamel ilbieraħ, anke llum, il-Partit Nazzjonalista qed joffri l-id tal-ħbiberija tiegħu biex ikompli jara li l-Maltin u l-Għawdxin kollha jkunu siguri. Din hi d-differenza bejn iż-żewġ partiti u allura issa kulħadd qed jifhem aktar min għandu għal qalbu l-bajda u l-ħamra u mhux l-aħmar jew il-blu.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg meta fil-Parlament kien qed iwieġeb għal Stqarrija Ministerjali dwar il-każ tal-isplużjoni tat-tanker Russu Arctic Metagaz ftit ‘il barra minn pajjiżna.
Fl-intervent tiegħu, il-Kap tal-PN qal li dan mhux mument fejn wieħed jipprova jirbaħ xi punti politiċi, filwaqt li appella biex iż-żewġ naħat tal-Kamra jogħlew ‘il fuq mill-politika partiġjana.
Alex Borg qal li rridu nagħtu s-serħan il-moħħ lill-poplu Malti u Għawdxi kollu f’ċirkostanzi bħal dawn li jaffettwaw is-sigurtà nazzjonali.
Min-naħa l-oħra, qed naraw lil Robert Abela li, bħala Prim Ministru, mhux kapaċi jżomm kelma ta’ rġulija u din rajnieha kemm fil-każ tal-ħatra tal-Prim Imħallef u anke fil-mod kif jaġixxi ma’ nies qrib tiegħu stess.
//= $special ?>

