Il-media internazzjonali kkonfermat li t-tanker tal-gass li ġie attakkat fis-sigħat bikrin tal-bieraħ filgħodu ftit ‘il barra mill-kosta Maltija, kien suġġett għal sanzjonijiet internazzjonali. Dan minħabba li t-tanker Artic Metagaz huwa bastiment Russu.
Is-sanzjonijiet fuq dan il-vapur kienu ġew imposti mill-Gvern Ingliż u mill-Istati Uniti.
Din l-aħbar inżammet mistura kompletament mill-Gvern Malti, u ħarġet biss grazzi għar-rappurtaġġ investigattiv tat-Times u ta’ Net News.
Jidher li dan it-tanker tal-gass sploda wara li ntlaqat minn ‘sea-drone’, u spiċċa nbidel f’ballun tan-nar.
Fiz-zona waslu l-membri tal-AFM li taw l-assistenza tagħhom. Fil-fatt, l-armata stess ikkonfermat li l-ekwipaġġ kollu rnexxielu jsalva wara li telgħu fuq lifeboat.



