It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-16-il sena fetaħ il-kampanja tiegħu fit-turnament ta’ żvilupp tal-UEFA b’rebħa impressjonanti ta’ 7-0 kontra Gibraltar.
Il-Maltin fetħu l-iskor wara ħames minuti permezz ta’ Lukas Freddie Wright, u komplew jiddominaw il-logħba b’gowls ta’ Jayden Roe , li skorja doppjetta, u Kenzil Vella qabel tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-tieni nofs tal-logħna, il-gowlkeeper Deyan Gatt salva diversi tentattivi ta’ Gibraltar, filwaqt li Malta żiedet mal-vantaġġ tagħha permezz ta’ Matthew Higgans, Wright u Cole Zerafa. Din ir-rebħa kbira tagħti spinta qawwija lit-tim Malti qabel il-partita li jmissha tilgħab kontra San Marino nhar il-Ġimgħa li ġej, fis-13:30.
//= $special ?>

