Il-Kampjonati Nazzjonali ASSIKURA 2026, imwassla minn VICTOR, waslu fi tmiemhom nhar il-Ħadd li għadda. Dawn il-kampjonati kellhom l-atleti lokali jissieltu għal ħames titli.
Il-Kampjonat spiċċa b’logħob missielta u b’punti viċini. Matthew Abela żamm it-titlu tal-Mens Singles filwaqt li Francesca Clark u Sam Cassar rebħu żewġ kategoriji rispettivi u tal-Mixed flimkien. Iż-żewġ finali tad-doubles kienu kompetittivi mmens, biż-żewġ logħbiet jiġu deċiżi bi tliet logħbiet.
Dan huwa kif spiċċaw il-kategoriji kollha:
- Men’s Singles: Matthew Abela rebaħ dan it-titlu għall-għaxar darba wara li għeleb lil Sam Cassar 21-17, 21-13. Samuel Calì u Nigel Degaetano waslu sas-semifinali.
- Women’s Singles: Francesca Clark rebħet it-titlu Nazzjonali tan-nisa wara li rebħet lil Lauren Azzopardi 21-16, 21-12. Emily Abela u Elenia Haber waslu sas-semifinali.
- Men’s Doubles: Mark Abela u Sam Cassar rebħu din il-kategorija wara logħba kumbattuta fuq 3 games fejn huma għelbu lil Matthew Abela u Matthew Galea li spiċċat 19-21, 21-11, 22-20.
- Women’s Doubles: Lauren Azzopardi u Elenia Haber rebħu dat-titlu wara li tilfu l-ewwel game iżda mbgħad rebħu lil Francesca Clark u Martina Clark, 10-21, 23-21, 21-14.
- Mixed Doubles: Francesca Clark u Sam Cassar rebħu lil Elenia Haber u Matthew Abela 21-12. 21-6.


