Wara Silvio Schembri, lanqas il-Ministru Michael Falzon ma kien jaf iwieġeb dwar il-miljuni li l-Gvern tajjar minn flus il-poplu għaċ-ċerimonja tal-Viżjoni 2050.
L-Erbgħa filgħodu, Net News staqsa lill-Ministru responsabbli mis-Sigurtà Soċjali x’inhi l-opinjoni tiegħu dwar din in-nefqa u dwar dak li qal Clyde Caruana. B’Falzon jistqarr li l-poplu se jiġġudika bil-proċess elettorali.
Matul konferenza tal-aħbarijiet, issemma’ kif matul l-2025, il-pensjonanti f’Malta bbenefikaw minn €3.5miljun f’benefiċċji tal-enerġija. U b’hekk, il-mistoqsija ta’ jekk jaqbilx li n-nefqa għal xow ta’ tnedija ta’ dokument hemm probabiltà li ġiet għola waslet b’mod awtomatiku.
Bil-Ministru jgħid biss li l-importanti li hemm ekonomija b’saħħitha.
Intant, mistoqsi dwar kif tnieda dokument għall-2050 mingħajr tbassir dwar iż-żieda fil-popolazzjoni, kemm se jkollna Maltin u Għawdxin jgħixu fil-pajjiż, u kemm se jkunu qed jammontaw il-pensjonanti…Falzon insista li din hija viżjoni ambizzjuża.
Minkejja li dan id-dokument ma jinkludix dan it-tbassir, il-Bank Ċentrali ta’ Malta ftit tal-ġimgħat ilu wera li jekk il-pajjiż jibqa’ sejjer b’din ir-rata… il-popolazzjoni ta’ Maltin u Għawdxin sal-2050 se tonqos b’14%. Dan filwaqt li l-Pension Strategy Group qed jinsista li sal-2070 persuna minn kull tlieta f’Malta se tkun pensjonanta.
//= $special ?>

