Il-Pulizija kkonfermat li l-mara li ttajret minn vann fl-Imġarr, jumejn ilu, mietet l-Isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ it-Tnejn filgħodu għall-ħabta tad-9:30.
Il-vann li laqat il-mara kien qed jinstaq minn raġel ta’ 39 sena residenti l-Imġarr.
Il-mara ta’ 70 sena ttieħdet l-isptar, fejn mal-ewwel ġiet iddikjarata li sofriet ġrieħi serji, sabiex eventwalment sfortunatament tilfet ħajjitha.
Dwar l-inċident infetħet inkjesta Maġisterjali filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhomm għaddejin.
//= $special ?>

