Fl-aħħar sigħat ħarġu ritratti tal-effetti li ħalliet l-isplużjoni li seħħet kmieni lbieraħ filgħodu, f’ibħra bejn il-Libja u Malta. Dan hekk kif bastiment Russu ġie attakkat minn ‘sea-drone’.
Dawn ir-ritratti ttieħdu minn ajruplan Tork, hekk kif il-midja internazzjonali kkonfermat li dan it-tanker tal-gass li ġie attakkat kien suġġett għal sanzjonijiet internazzjonali.
Is-sanzjonijiet fuq dan il-vapur kienu ġew imposti mill-Gvern Ingliż u mill-Istati Uniti.
Din l-aħbar inżammet mistura kompletament mill-Gvern Malti, u ħarġet biss grazzi għar-rappurtaġġ investigattiv tat-Times u ta’ Net News.



