:
Everton 2 Burnley 0
B’gowl f’kull taqsima, Everton kisbu t-12 ir-rebħa f’Hill Dickinson Stadium fil-Kampjonat sabiex telgħu fit-tmien post bi 43 punt filwaqt li Burnley b’din it-telfa aktar minn qabel jidhru rassenjati li jkunu relegati.
Fit-32 minuta Everton fetħu l-iskor. Minn freekick ta’ James Garner, kien JAMES TARKOWSKI li bir-ras għeleb lil Martin Dubravka. 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima. Reazzjoni limitata minn Burnley l-aktar wara li fis-60 minuta minn azzjoni ta’ Iliman Ndiaye kien KIERNAN DEWSBURY li għeleb lil Dubravka għat 2 – 0 . Skor li bih intemmet wkoll il-partita.
Leeds United 0 Sunderland 1
L-għaxar rebħa għal Sunderland li telgħu fil-11-il post fil-klassifika b’40 punt flimkien ma’ Fulham u Bournemouth.
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima f’Elland Road. Fl-64 minuta gowl ta’ Joe Rodon għal Leeds ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside sabiex sitt minuti wara, Sunderland fetħu l-iskor. Penalty mogħti u skorjat minn HABIB DIARRA li għeleb lil Karl Darlow. Vantaġġ minimu li kien biżżejjed għal Sunderland sa tmiem il-partita.
Wolves 2 Liverpool 1
Sorpriża minn Wolves li minkejja li kisbu t-tielet rebħa minn 30 partita xorta ghadhom waħidhom fl-aħħar post fil-klassifika b’16 il-punt. Fl-istess waqt Liverpool sofrew id-9 telfa tal-istaġun fejn baqgħu fil-5 post bi 48 punt.
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima f’Molineux Stadium. Fit-78 minuta minn azzjoni ta’ Arokodare kien ANGEL GOMES li għeleb lil Alisson sabiex poġġa lil Wolves fil-vantaġġ. Fit-83 minuta kien MOHAMED SALAH li għeleb lil Josè. Sa biex kiseb il-gowl tad-draw għal Liverpool. Fir-raba’ minuta ta’ ħin miżjud kien ANDRE’ li minn pass ta’ Jackson Tchat Choua għeleb lil Alisson għar-rizultat sorpriża.
//= $special ?>

