Internazzjonali

“Pruvaw joqtlu lil Trump, iżda l-aħħar li daħak kien il-President”

Is-Segretarju tad-Difiża Amerikan, Pete Hegseth, informa lill-ġurnalisti fil-Pentagon li ‘l-Iran, fl-aħħar sigħat, kien ipprova joqtol lill-President tal-Istati Uniti Donald Trump’  u li l-attentat inkwistoni kien falla miżerjament wara li ttieħdu l-passi meħtieġa mis-servizzi tas-sigurtà.

Hegseth qal dan il-kliem waqt li fil-kumpannija ta’ Dan Craine, iċ-Chairman tal-Joint Chiefs of Staff tal-Istati Uniti u fejn enfasizza li ‘il-President Trump spiċċa jidħak l-aħħar fiċ-ċirkustanzi’.

Is-Segretarju tad-Difiża spjega li l-awtoritajiet Amerikani kienu infurmati minn qabel dwar l-attentat u fejn huma ‘wettqu kaċċa għall-individwu responsabbli sakemm it-tali spiċċa eliminat’.

Ingħad li l-moħħ wara l-attentat kien qed imexxi entità, mifhuma bħala waħda terrorista, fi pjan biex huma jeliminaw lil Donald Trump, bl-awtoritajiet Amerikani għadhom qed jinvestigaw iċ-ċirkustanzi mingħajr ma jiżvelaw id-dettalji.

L-aħbar ħarġet fost it-tħassib dwar is-sigurtà personali tal-President Trump li qed ikun mira għal ħafna theddid kontra ħajtu.

Il-Gvern Amerikan qal, intant, li qed ikompli jagħti priorità lis-sigurtà nazzjonali u lill-protezzjoni tal-Mexxejja tal-Istati Uniti.