Futbol Sport

Valletta u Birkirkara jagħmluha fis-semi finali tal-FA Trophy

Ritratt: Joseph Galea

Valletta għaddew għar-rawnd li jmiss tal-Meridianbet FA Trophy wara rebħa drammatika u mimlija emozzjonijiet kontra Ħamrun Spartans F.C. Il-vantaġġ wasal fis-60 minuta meta Yannick Yankam kkonkluda fix-xibka iżda seba’ minuti biss wara, Mouad El Fanis approfitta minn azzjoni fil-kaxxa biex ġab l-iskor indaqs u reġa’ dawwar il-momentum favur l-Ispartans.

Bil-partita tnitemm fi draw il-partita marret għal ħin barrani. Meta l-penalties dehru viċin, il-partita ħadet xejra drammatika fil-115-il minuta. Stijn Meijer, eks plejer ta’ Ħamrun Spartans, ta daqqa simbolika u qawwija meta skorja l-gowl li reġa’ poġġa lil Valletta minn fuq u ħasad lill-eks tim tiegħu.biex ta vantaġġ mistħoqq lil Valletta.

Ħamrun tefgħu kollox ’il quddiem f’attentat iddisprat biex isalvaw il-partita, iżda Valletta reġgħu irrispondew fil-ħin miżjud, meta Brandon Paiber temm kontrattakk veloċi biex għamel l-iskor 3–1 u għalaq il-partita.

Riżultati: Hamrun S. v Valletta 1-3, Birkirkara v Zabbar SP 2-1