Lokali Parlament

12‑il għaqda sportiva bbenefikat minn fondi tal-UE

Tnax‑il għaqda sportiva bbenefikat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bil-għan li ttejjeb jew taġġorna l-faċilitajiet sportivi tagħha.

Kull għaqda sportiva tista’ tibbenefika minn skemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea skont il-kriterji ta’ eliġibilità u l-għanijiet speċifiċi tal-programmi rispettivi.

Dwar l-għajnuna tal- UE lill-għaqdiet sportivi tkellem fil-Parlament Stefan Zrinżo Azzopardi, il-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, meta wieġeb mistoqsija parlamentati tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet lill-Ministru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, kemm-il għaqda sportiva ngħatat għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea sabiex ittejjeb il-faċilitajiet sportivi tagħha, liema kienu dawn l-għaqdiet, u kif għaqdiet oħra jistgħu jibbenefikaw minn skemi jew fondi simili.

Il-Ministru Zrinżo Azzopardi poġġa fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-għaqdiet sportivi li bbenefikaw mill-Programm 2014-2020 sal-31 ta’ Jannar 2026. Dawn huma Sirens Sports Facilities Limited, il-Gozo Football Association, Ghaxaq Football Club Youth, Nursery, Mqabba Fc Youth Nursery, Ghaxaq Bocci Club, Mgarr Football Nursery, Kirkop United FC, Luqa FC, Zejtun Corinthians Football Club, Depiro Basketball Club, Dingli Swallows Youth Nursery u l-Malta Football Association.

Kull għaqda sportiva tista’ tibbenefika minn skemi ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea skont il-kriterji ta’ eliġibilità u l-għanijiet speċifiċi tal-programmi rispettivi.