Raġel ta’ 74 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li kien involut f’ħabta bil-karozza tiegħu ma’ Volkwagen Gold misjuqa minn mara ta’ 65 sena li wkoll tgħix Birżebbuġa.
L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tal-4:15 pm fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa.
Fuq il-post issejħu l-pulizija sabiex jassistu u r-raġel ngħata l-għajnuna minn tim mediku. Aktar tard huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

