Ħbieb tal-koppja li din il-ġimgħa tilfu lit-tarbija tagħhom wara li fgat fil-kamra tagħha, qed jappellaw għall-ġenerożità tal-poplu Malti. Dan sabiex it-tifla tkun tista’ tittieħed ir-Renju Unit għad-difna.
It-tarbija kellha biss 11-il xahar, u kien jisimha Lorena.
Sophie u Aleks, il-ġenituri tagħha, jixtiequ li t-tifla tagħhom tingħata l-aħħar tislima fl-Ingilterra u tindifen hemmhekk. Bi ħbieb tagħhom jgħidu li dan il-proċess se jiswihom ammont kbir ta’ flus.
B’hekk, inħolqot inizjattiva ta’ crowdfunding għal min jixtieq jikkontribwixxi.
Il-każ ġie investigat mill-Pulizija, u dwaru nfetħet ukoll inkjesta Maġisterjali.
//= $special ?>

