F’Londra rebħa importanti għal Crystal Palace fuq Tottenham bl-iskor ta’ 3-1 ħalliet lil Spurs jiġġieldu r-relegazzjoni u b’riskju li jkunu relegati mill-Premier League. Wara li fid-29 minuta il-gowl ta’ Pape Sarr ma kienx ikkonvalidat minħabba offside, kienu Tottenham li marru minn fuq b’gowl ta’ Dominik Solanke. Erba’ minuti wara tkeċċa għal Spurs Micky van de Ven u penalty għal Palace, mill-ħdax-il metru kienu Sarr li ma żbalajx għal 1-1. Fil-ħin mogħti żejjed ta’ tmiem l-ewwel taqsima żewġ gowls għal Palace minn Larsen u t-tieni wieħed għal Sarr, li għamlu l-iskor 3-1, liema skor żammewh sa tmiem il-partita.
//= $special ?>Crystal Palace iħallu lil Tottenham jiġġieldu r-relegazzjoni


