Internazzjonali

Drones Iranjani jolqtu ajruport fl-Azerbaijan

Rapport qed jindikaw li tliet drones Iranjani laqtu l-ajruport ta’ Nakhchivan fl-Azerbaijan – ajruport li jinsab qrib il-fruntiera Iranjana.

Jidher li fl-attakk, li seħħ ilbieraħ, indarbu żewġ persuni. Iżda kien biss dalgħodu li bdiet ħierġa informazzjoni dwar dak li seħħ.

Rapporti qed jindikaw li wieħed mid-drones niżel viċin skola, illi tinsab qrib dan l-ajruport.

Dan il-każ isegwi dak li seħħ fl-istess jum, meta l-Iranjani provaw jattakkaw anke t-Turkija. U huwa evidenti li issa din it-tensjoni eskalat sew madwar ir-reġjun kollha – mill-Golf sal-Lvant tal-Mediterran.

Intant, Net News jinsab infurmat li bħalissa għaddejin l-aħħar preparamenti sabiex grupp ta’ Maltin li jgħixu jew jaħdmu fl-Emirati Għarab Magħquda, jinġiebu lura pajjiżna permezz ta’ titjira speċjali.