Internazzjonali Lokali

Għaxar pajjiżi Ewropej iħejju “pjan ta’ evakwazzjoni” f’każ li l-gwerra teskala

Għaxar stati Ewropej qablu li għandhom ifassu pjan għal evakwazzjonijiet tal-massa f’xenarju li tfaqqa gwerra. Bil-Gvern Żvediż jgħid li wasal fi qbil mal-Ġermanja, il-Polonja, l-Estonja, il-Latvija, il-Litwanja, in-Norveġja, il-Fillandja, l-Iżlanda u d-Danimarka.

Il-pjan se jinkludi dettalji dwar rotot umanitarji u anke fejn se jiġu ospitati l-persuni evakwati f’każ ta’ gwerra – pjan illi juri kemm dawn il-pajjiżi Ewropej qed jieħdu b’serjetà s-sitwazzjoni fl-Iran u l-mod kif din qed teskala.

Il-pajjiżi Ewropej qed jgħidu li jridu jitgħallmu mill-kunflitt fl-Ukrajna.