Fejn tidħol id-demografija tal-pajjiż u l-carrying capacity, il-Viżjoni 2050 li ppreżenta l-Gvern ma kinitx ċara.
Dan iddikjarah il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella meta din il-ġimgħa kien mistieden fil-programm NETLIVE, fejn għamel analiżi dwar l-isfidi marbutin mal-popolazzjoni, kemm jiflaħ il-pajjiż u sfidi oħra relatati mad-demografija u r-rata tat-twelid.
Josef Vella staqsa min se jgawdi mill-attività ekonomika li qed tiżdied. Dan filwaqt li wissa dwar problema oħra li qed naffaċjaw fiż-żminijiet tal-lum – il-kwalità tal-ħin li nqattgħu kemm mal-familja u anke għall-affarijiet personali tagħna.
Il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM insista li dawn huma pedamenti li qed jinħassu neqsin fil-Viżjoni 2050 li ppreżenta l-Gvern il-ġimgħa li għaddiet.
//= $special ?>

