Ir-rotta minn Dubaj lejn Malta għadha sospiża. Dan hekk kif il-kumpanija Emirates għadha qed tiftaħ gradwalment ir-rottot tagħha lejn dan ir-reġjun.
Fil-fatt, it-titjira tal-lum lejn Ċipru u Dubaj spiċċat tħassret – rotta li ilha affettwata sa mill-bidu nett tal-konflitt, li eskala bl-attakki ta’ nhar is-Sibt fuq l-Iran.
Intant, l-Emirates qalet li tista’ tikkonferma li bħalissa qed topera skeda mnaqqsa ta’ titjiriet sakemm jitħabbar mod ieħor. Dan isegwi l-ftuħ parzjali mill-ġdid tal-ispazju tal-ajru reġjonali għat-tħaddim sikur tat-titjiriet kummerċjali.
Għall-5 u s-6 ta’ Marzu, aktar minn 100 titjira se jitilqu minn Dubai u jerġgħu jirritornaw.
Dawn it-titjiriet se jwasslu nies li jixtiequ jaslu fid-destinazzjonijiet finali tagħhom, kif ukoll merkanzija essenzjali bħal prodotti li jitħassru malajr u farmaċewtiċi.
//= $special ?>

