Sport

L-aqwa plejers tal-pickleball ta’ Malta f’turnew ta’ livell għoli fi Spanja

Għażla mill-aqwa plejers tal-pickleball ta’ Malta għadha kemm irritornat minn turnew ta’ livell għoli tal-pickleball f’Malaga, Spanja, fil-livell advanced plus (4.5).

Steffi u Roberta Pace Girard rebħu midalja tal-bronż fid-doubles tan-nisa 35+ open u kienu qrib ħafna li jaslu sal-finali wara li kellhom tliet match points fis-semifinali.

Malcolm Falzon rebaħ midalja tal-fidda fid-doubles tal-irġiel 35+ livell 4.5 flimkien ma’ Demetrio De Vito mill-Italja.

Roberta Pace Girard rebħet midalja tal-bronż fid-doubles imħallta 50+ livell 4.5 flimkien ma’ Christian Wind mit-Tajlandja.

Steffi Pace Girard u Lee Camenzuli rebħu midalja tad-deheb fid-doubles imħallta 35+ livell 4.5.

Malcolm Falzon u Alexia Valenzia kienu biss ftit punti ’l bogħod milli jikkwalifikaw mill-grupp tagħhom. Lee Camenzuli u Sam Buffington waslu sal-kwarti tal-finali fid-doubles tal-irġiel 19+ livell 4.5.