L-Arċisqof Charles J. Scicluna se jiċċelebra quddiesa fl-ewwel anniversarju mill-mewt tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona fil-Knisja tal-Madonna tal-Għar, fir-Rabat, nhar l-Erbgħa 18 ta’ Marzu.
L‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. għadda għall‑ħajja ta’ dejjem fl‑età ta’ 79 sena. Hu kien innominat Arċisqof ta’ Malta fit‑2 ta’ Diċembru 2006 u ħa l‑pussess ta’ Arċisqof fis‑26 ta’ Jannar 2007. Huwa rtira minn Arċisqof fit‑18 ta’ Ottubru 2014, fl‑età ta’ 68 sena.
L‑Arċisqof Cremona ħalla din id‑dinja t‑Tlieta, 18 ta’ Marzu, fl‑Isptar Mater Dei.
//= $special ?>

