Lokali

“Napprezzaw lin-nisa kollha li jaħdmu f’setturi differenti” – Sarah Bajada

“Importanti li nirrikonoxxu lin-nisa kuljum u x-xogħol li jagħmlu kuljum; speċjalment lil dawk in-nisa li jaħdmu f’oqsma li llum il-ġurnata m’għadhomx daqshekk komuni.”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Sarah Bajada meta il-Ħamis waranofsinhar, iltaqgħet ma’ Marthese Cortis li taħdem fil-qasam tal-biedja … fejn fl-għalqa tagħha li tinsab f’Ħad-Dingli qattgħu ftit tal-ħin jiġbru l-frawli u jagħmlu xi xogħol agrikolu ieħor.

F’kummenti lil Net News, Sarah Bajada spjegat kif iddeċidiet li tagħmel din l-attività sabiex bħala soċjetà nitgħallmu napprezzaw lin-nisa kollha – kemm dawk li jaħdmu f’intrapriżi żgħar, self-employed kif ukoll dawk li jaħdmu f’setturi li ma jidhrux fuq barra.

Għal din l-attivita Sarah Bajada kienet akkumpanjata minn binha Sam u mit-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, Veronica Perici Calascione.

F’Ħad-Dingli, il-bidwija spjegaltina wkoll il-proċess tat-tkabbir tal-frawli sa mill-aħħar ta’ Ottubru, biex setgħu bdew jinqatgħu f’Diċembru. Hi tenniet ukoll li apparti l-frawli jaħdmu xogħol ieħor – bħal patata, l-qargħabali u basal abjad.