Sewwieq ta’ mutur tal-għamla suzuki, sofra xi ġrieħi wara li kien involut f’ħabta ma’ mutur ieħor misjuq minn raġel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 am, fil-bypass ta’ Birkirkara.
Fuq il-post issejħu l-pulizija flimkien ma tim mediku sabiex jassistu. Irriżulta li wieħed mis-sewwieqa tal-muturi sofra xi ġrieħi u għalhekk kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medija. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

