“Il-programm elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss se jinkludi proposti li verament imissu l-isfidi li qed jaffaċċja l-poplu Malti u Għawdxi kollu”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg meta kien qed jiġi intervistat mill-Membru Parlamentari David Agius fuq Smash TV.
Bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista u Prim Ministru futur, Alex Borg tenna li jixtieq jibni fuq li sar tajjeb u jtejjeb l-aspetti li jeħtieġu riformi sabiex verament pajjiżna jkun fejn jistħoqqlu.
Fost l-oħrajn semma titjib fl-infrastruttura, u aktar spazji ħodor f’pajjiżna …billi nirratifikaw xi jfisser park nazzjonali.
Alex Borg semma l-akkużi xokkanti li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff fil-konfront tal-Prim Ministru Robert Abela – ittra ġuramentata li fiha piż.
Stqarr li fl-għażla tal-Prim Imħallef, il-Prim Ministru m’għandux f’moħħu l-interess nazzjonali … iżda kif se jakkwista l-voti.
Fl-intervista, Alex Borg tenna li Gvern ġdid Nazzjonalista, jiggarantixxi li kulħadd ikollu paga ġusta.
Intant, Alex Borg fakkar kif fl-ewwel mitt jum tiegħu bħala Prim Ministru jibda x-xogħol fuq it-trasport tal-massa sabiex il-problema tat-traffiku tissolva darba għal dejjem.
U b’rabta mal-edukazzjoni tal-pajjiż, Alex Borg stqarr li Gvern Nazzjonalista, jkompli jibni l-iskejjel u jsaħħaħ l-istipendji u jgħaqqad l-edukazzjoni mal-ekonomija bħal m’għamel fil-passat.
Tkellem ukoll fuq il-housing affordabbli, fejn tenna kif il-Partit Nazzjonalista se jkompli jfassal iżjed proposti ma’ dawk eżistenti.
//= $special ?>

