Sewwieq ta’ mutur li huwa Pakistan ta’ 31 sena residenti ż-Żejtun, jinsab l-isptar jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza tat-tip Suzuki Alto misjuqa minn raġel ta’ 75 sena li jgħix Bormla.
L-inċident seħħ l-Erbgħa għall-ħabta tal-16:15 pm, fi Triq il-Pitirross, Ħal Għaxaq. Fuq il-post issejħu l-Pulizija sabiex jassistu, flimkien ma’ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal aktar assistenza medika. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat Franco Agius ġie infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

