Il-kunflitt fir-reġjun tal-Golf daħal fis-7 jum tiegħu, hekk kif matul il-lejl Iżrael attakka Teheran u anke Bejrut.
Il-media Brittannika qed tirrapporta kif fl-aħħar sigħat kien hemm baraxx ta’ attakki fuq l-Iran. U l-lejl li għadda kien l-agħar wieħed minn mindu faqqa’ dan il-kunflitt nhar is-Sibt li għadda. Bir-residenti jisimgħu splużjonijiet kontinwi.
Fl-istess waqt, l-Iran spara missili lejn Tel Aviv f’Iżrael.
Anke s-Saudi kien fil-mira ta’ attakki, li, skont ir-rapporti, ġew interċettati.
//= $special ?>

