Sport

Bidu għal-Logħob Paralimpiku tax-Xitwa Milano Cortina 2026

 Illum fl-Arena di Verona , jingħata bidu għal-Logħob Paralimpiku tax-Xitwa Milano Cortina 2026. Huma l-14-il edizzjoni tal- Logħob Paralimpiku tax-Xitwa, avveniment paralimpiku multi-sport immexxi mill- Kumitat Paralimpiku Internazzjonali. 

Total ta’ 56 Kumitat Paralimpiku Nazzjonali kellhom atleti li kkwalifikaw għal-Logħob. Għall-ewwel darba mill-2014 minħabba l- iskandlu tad-doping Russu u l-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022, l-atleti Russi u Belorussi se jitħallew jikkompetu taħt il-bnadar tagħhom fil-Paralimpiċi, aktar milli b’mod newtrali. Din id-deċiżjoni hija l-qofol ta’ kontroversja fejn għaxar pajjiżi ħabbru li rtiraw u mhux se jikkompetu fil-Logħob Paralimpiku Milano – Cortina 2026.

Il-Logħob Paralimpiku mil-lum sal-15 ta’ Marzu se jsir f’siti madwar il-Lombardija u l-Grigal tal-Italja bil -curling tas-siġġijiet tar-roti mixed doubles li beda jumejn ilu.

Dan se jkun it- tielet Logħob Paralimpiku organizzat fl-Italja, wara l-Logħob Paralimpiku tas -sajf tal-1960 f’Ruma li kien ukoll l-ewwel Logħob Paralimpiku u l-Logħob Paralimpiku tax-Xitwa tal-2006 f’Turin. Se jkun l-ewwel Logħob Paralimpiku minn Tignes-Albertville tal-1992 ‘l hawn li uffiċjalment jinkludi diversi bliet ospitanti, u se jkun l-ewwel Logħob Paralimpiku tax-Xitwa minn Vancouver tal-2010 ‘l hawn fejn iċ-ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq se jsiru f’postijiet differenti. Jimmarka wkoll il-50 anniversarju tal- Logħob Paralimpiku tax-Xitwa.