Sport

Festival għat-tfal fil-Kumpless tal-Hockey

Fil-ġranet li għaddew l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey organizzat festival għat-tfal fil-kategorija ta’ taħt l-10 snin. Fil-fatt tliet timijiet minn White Hart, żewġ gruppi minn Marsaskala Heat u ieħor minn Floriana Young Stars ħadu sehem f’numru ta’ logħbiet li saru fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

L-għan ta’ dan il-festival kien li t-tfal ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom f’dan l-isport filwaqt li jiġi msaħħaħ futur mill-isbaħ għal-logħba tal-hockey.

F’ġurnata mill-isbaħ, madwar 55 tifel u tifla kellhom iċ-ċans li jilagħbu dan il-logħob fi spirtu soċjali ta’ ħbiberija mmexxija minn coaches tal-Assocjazzjoni Maltija tal-Hockey.

Sadanittant festivals oħra fil-kategorija ta’ taħt l-10 snin se jkunu organizzati aktar tard dan ix-xahar kif ukoll f’April.