Għaxaq Wolves telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Asslociaion wara li għelbu lil San Ġwann Pro Evolution Academy 1-0.
Ma kinitx partita faċli għall-Għaxaq Wolves li fit-tieni taqsima kellhom plejer imkeċċi u kellhom jiddefendu bis-sħiħ sabiex ħadu t-tliet punti finali. Il-gowl li ddeċieda l-konfront kien skorjat fit-38 minuta permezz ta’ Stanimir Miloskovic li bir-ras wara cross mil-lemin għeleb lill-goalkeeper ta’ San Ġwann.
Għaxaq Wolves għandhom tliet punti vantaġġ fuq Marsa St Michael għalkemm għandhom logħba iktar.
Referee kien Paul Apap.
Beda wkoll it-tieni round tal-Kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fejn it-timijiet bdew b’zero punti. Attard Edex Kings huma ġia promossi u fadal tim ieħor li jkun promoss mit-tieni fażi.
Attard bdew it-tieni round bi draw ta’ 1-1 kontra Gudja Wanderers. Lucas Carvalho poġġa lil Attard fil-vantaġġ wara minuta, filwaqt li fit-53 minuta Brandon Stevensen kiseb il-gowl tad-draw għal Gudja Wanderers.
Referee kien Alex Grech.
F’partita kkontrollata minn Jonathan Balzan, Swieqi United u Ta’ Ġiorni Wanderers spiċċaw fi draw ta’ mingħajr gowls.
Fin-Knock Out intemmet il-fażi tar-round tas-16 fejn Marsa St Michael għelbu lil Balluta Barracudas wara l-għoti tal-penalties wara li l-partita kienet intemmet 5 – 5 kienu Marsa li rebħu 3 – 2 . Referee kien Thomas Debono.
Mill-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, f’partita kkontrollata minn Gordon Barbara , Naxxar Victorians għelbu lil Mqabba Albions 2-1.
//= $special ?>

