Teskala s-sitwazzjoni bejn l-Ukrajna u l-Ungerija, hekk kif il-Gvern ta’ Kiev qed jgħid li seba’ impjegati ta’ bank Ukren f’Budapest qed jinżammu ostaġġi.
L-akkużi mill-Ukrajna saru l-Ġimgħa filgħodu – bil-Prim Ministru Viktor Orban wieġeb li hu se jagħmel minn kollox biex l-Ukrajna ma tibqax tħarbat il-provvisti taż-żejt ġejjin mir-Russja.
Fil-fatt, l-Ungerija u s-Slovakja qed jakkużaw lil Kiev b’tattiċi, sabiex pipeline partikolari jinżamm magħluq. Bl-Ukrajna tgħid li l-provvista sofriet ħsarat kaġun tal-attakki Russi li seħħew f’Jannar.
Orban minn naħa tiegħu qed jgħid li mhux se jċedi għal rikatti. Anzi, qed jinsisti li se jibqa’ jgħid le għal sħubija eventwali tal-Ukrajna fl-Unjoni Ewropea.
Iżda l-verità hi, li Viktor Orban jinsab taħt pressjoni politika enromi. U l-futur tiegħu jinsab inċert fid-dawl tal-elezzjoni ġenerali li se ssir ix-xahar id-dieħel.
//= $special ?>

