F’dawn il-jiem, diversi studenti qed jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom. Dan wara li temmew b’suċċess korsijiet tal-Masters fl-Università ta’ Malta.
Fost dawk li ċċelebraw din il-kisba, kien hemm id-dentisti l-ġodda li waslu fid-Dar Centrali tal-PN bil-buscade – xi ħaġa li issa saret sinonima mal-gradwazzjonijiet.

Jilqa’ lid-Dentisti kien hemm il-Kap tal-PN Alex Borg – fejn kien hemm li ħa ritratti magħhom u kompla jiċċelebra magħhom.

Apparti min hekk huwa feraħ lill-istudenti għas-suċċess fl-istudji tagħhom – dan filwaqt li awgurawlhom għall-futur tagħhom f’din il-karriera.


