Lokali

Il-familja Borg tiċċelebra l-gradwazzjoni ta’ David

Il-familja tal-Kap tal-PN Alex Borg iċċelebrat il-gradwazzjoni ta’ ħuh David, li temm b’suċċess il-kors tal-liġi. U issa gradwa bħala avukat.

Fuq il-media soċjali, Alex Borg wassal l-awguri tiegħu lil ħuh. Dan filwaqt li ppubblika ritratt mill-isbaħ tal-familja kollha.

“Kburin bik!”, kiteb Alex Borg. “Ninsab ċert li missierna jinsab kburi bik ukoll”.

Bħalissa, diversi studenti qed itemmu l-kors tagħhom fl-Università ta’ Malta – primarjament, dawk l-istudenti li lestew il-livell ta’ Masters fl-istudji tagħhom.