Lokali

Il-Periti jiċċelebraw il-gradwazzjoni fid-Dar Ċentrali ma’ Alex Borg

F’dawn il-jiem, diversi studenti qed jiċċelebraw il-gradwazzjoni tagħhom. Dan wara li temmew b’suċċess korsijiet tal-Masters fl-Università ta’ Malta.

Fost dawk li ċċelebraw din il-kisba, kien hemm il-periti l-ġodda li waslu fid-Dar Centrali tal-PN bil-buscade – xi ħaġa li issa saret sinonima mal-gradwazzjonijiet.

Jilqa’ lill-Periti kien hemm il-Kap tal-PN Alex Borg – fejn kien hemm li ħa ritratti magħhom u anke sema’ dak li kellhom x’jgħidulu.

Apparti min hekk huwa feraħ lill-istudenti għas-suċċess fl-istudji tagħhom – dan filwaqt li awgurawlhom għall-futur tagħhom f’din il-karriera.