Lokali

Il-proġett il-ġdid ta’ Puttinu f’Londra qed jimxi ’l quddiem

Appell għal kontribut li jibqa’ tifkira dejjiema tal-appoġġ

Ix-xogħol fuq il-binja ta’ Puttinu fiċ-Ċentru ta’ Londra issa miexi sew. Il-binja bħalissa qed tiġi rinnovata u qed jinbena wkoll sular addizzjonali bħala parti mill-proġett biex il-proprjetà tinbidel f’29 appartament għall-pazjenti Maltin u Għawdxin li jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra għal kura medika.

Meta jitlesta, dawn se jiżdiedu mal-20 appartament li Puttinu diġà jopera f’Sutton, li matul is-snin laqgħu fihom mijiet ta’ pazjenti Maltin u Għawdxin flimkien mal-familji tagħhom li jivvjaġġaw lejn l-Ingilterra għall-kura, u b’hekk it-total jitla’ għal 49 appartament.

Puttinu qed jitolbu li tkun parti minn dan il-wirt li jibqa’; ikollok ismek, jew l-isem ta’ xi ħadd għażiż għalik, imniżżel bħala parti minn din l-istorja ta’ ġenerożità u solidarjetà.

Il-kontribut tiegħek se jibqa’ tifkira dejjiema tal-appoġġ mogħti lill-pazjenti u lill-familji tagħhom matul il-vjaġġ tagħhom ta’ kura.