Anzjan ta’ 68 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’argument fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa għall-ħabta tal-5:00 ta’ waranofsinhar fi Triq il-Wied iż-Żurrieq.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li seħħ argument fi blokka t’appartamenti biż-żewġt irġiel huma ġirien. Iż-żewġt irġiel huma anzjan ta’ 68 sena u żagħżugħ ta’ 27 sena.
Waqt l-argument ir-raġel ta’ 68 sena ġarrab xi ġrieħi allegatament b’arma li taqta u bil-ponta.
Tim mediku kien imsejjaħ fil-post u assista liż-żewġ persuni fejn ftit tal-ħin wara ttieħdu permezz t’ambulanza lejn l-isptar Mater Dei.
Aktar tard, ir-raġel ta’ 68 sena kien ċċertifikat bi ġrieħi gravi filwaqt li r-raġel ta’ 27 sena ma ġarrabx ġrieħi.
Ir-raġel ta’ 27 sena qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jassisti fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin filwaqt li bil-każ kien infurmat il-Maġistrat Franco Agius li ħatar inkjesta dwar il-każ.
//= $special ?>

