L-azzjonisti ta’ National Bank ressqu applikazzjoni quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem wara li ġew mġegħla jċedu l-ishma tagħhom.
Huma qed jikkontestaw il-fatt li s-sena li għaddiet il-Qorti Kostituzzjonali ta’ Malta għaddiet kważi €72 miljun f’kumpens – dan wara li l-azzjonisti kienu talbu s-somma ta’ €1.4 biljun.
L-azzjonisti qed jikkontestaw il-metodoloġija adottata mill-Qrati Maltin għaliex ikkalkulaw il-kumpens biss fuq il-bażi tal-valur tas-suq tal-lum tal-ishma ta’ 25% li għandu l-istat fil-Bank of Valletta.
//= $special ?>

