Kultura Lokali

Maltex 2026: Timeless Philatelic Treasures – From History to Disney

Maltex 2026 qed jistieden lill-pubbliku biex jiskopri l-istorja, il-kultura u r-rabtiet ta’ Malta mad-dinja permezz tad-dinja affaxxinanti tal-bolol.

Din is-sena, il-wirja bit-tema Timeless Philatelic Treasures: From History to Disney se tieħu lill-viżitaturi fi vjaġġ interessanti permezz tal-istorja tal-posta, bolol rari, kartolini u materjal filateliku uniku li flimkien jirrakkontaw l-istorja tal-Gżejjer Maltin b’mod speċjali.

Il-wirja se ssir fil-Malta Postal Museum fil-Belt Valletta u tlaqqa’ flimkien kolletturi u dilettanti tal-bolol li jaqsmu l-istess passjoni għall-wirt postali. Il-viżitaturi jistgħu jaraw kif is-sistema tal-posta f’Malta ddokumentat mumenti importanti fl-istorja, avvenimenti kulturali u rabtiet internazzjonali matul is-snin.

Il-wirja hi mifruxa fuq żewġ galleriji u tinkludi temi differenti. Fosthom insibu l-istorja tal-futbol, posta tal-ajru u Zeppelin, korrispondenza tal-gwerra, il-wirt tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u d-dinja immaġinattiva ta’ Walt Disney. Kull kollezzjoni turi kif biċċa karta żgħira tista’ ġġorr storja kbira li taqsam fruntieri u żminijiet. Fost l-esebiti prinċipali hemm: Posta Maltija fl-Ewwel u t-Tieni Gwerra Dinjija; Isfar ta’ Malta • Posta tal-Ajru u taż-Zeppelin minn Malta; il-Pustier Malti “No.12”; Posta tal-Priġunieri tal-Gwerra tat-Tieni Gwerra Dinjija; Walt Disney fuq il-Bolol; u t-Tazza tad-Dinja 1966, fl-Ingilterra

Dawn il-wirjiet juru stejjer li jaqbżu ż-żmien u l-fruntieri, u juru kif Malta kienet tikkomunika mad-dinja tul l-istorja tagħha. Maltex 2026 hija mhix biss wirja ta’ bolol, imma ċelebrazzjoni tal-identità ta’ Malta u tar-rabtiet kulturali u storiċi tagħha, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Kemm jekk inti kollettur b’esperjenza jew sempliċement kurjuż, żgur li ssib esperjenza sabiħa u interessanti.

Il-wirja qed tiġi sponsorjata mill-MaltaPost. Se jinħarġu wkoll Personalised Stamp/Cover kommemorattiv, Occasion Card u timbru speċjali mill-Uffiċċju Filateliku ta’ MaltaPost. L-Occasion Card se tkun disponibbli ‘mint’ u ttimbrata mill-Ġimgħa 6 ta’ Marzu mill-Uffiċċju Postali tal-Malta Postal Museum.

Ordnijiet għal Bolol Personalizzati u Covers jistgħu jsiru online fuq www.maltaphilately.com, jew bil-posta mill-Philatelic Bureau ta’ MaltaPost p.l.c., 305 Triq Ħal Qormi, Marsa MTP 1001, bit-telefon fuq 2596 1740 jew bl-email fuq info@maltaphilately.com.

Il-wirja tkun miftuħa għall-pubbliku fil-Malta Postal Museum, 135 Triq l-Arċisqof, il-Belt Valletta, mill-Ġimgħa 6 ta’ Marzu sal-Erbgħa 18 ta’ Marzu 2026. Id-dħul huwa b’xejn. Ħinijiet tal-ftuħ: huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn l-10:am u l-4pm um s-Sibt u l-Ħadd bejn l-10:am u s-2pm.

Il-wirja tkun magħluqa nhar il-Ħadd 15 ta’ Marzu 2026.