“Bla dubju li l-gwerra fil-Lvant Nofsani hija sitwazzjoni diffiċli, kemm fejn tidħol sigurtà u anke ekonomija – Pero ser inkomplu naħdmu ta’ kuljum għal passi diplomatiċi”
Saħqet dan il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola hekk kif il-Ħamis filgħaxija kienet mistiedna ta’ Robert Cremona fil-programm NETLIVE – bil-President tal-Parlament Ewropew titkellem fost l-oħrajn dwar is-sitwazzjoni dinjija u l-ġlied fil-Lvant Nofsani, kif wkoll fuq l-involviment tan-nisa fil-politika, propju fil-ġimgħa li twassal għal jum il-mara.
Rigward l-attakki Amerikani u Iżraeljani fl-Iran u r-ritaljazzjoni tal-Istat Iżlamiku fuq il-pajjiżi tal-Golf – Metsola qalet li din is-sitwazzjoni żgur mhux forsi qed tkompli titfa’ piż mhux biss fuq l-Ewropa però anke fuq il-kumplament tad-dinja. Bil-President tal-Parlament Ewropew tisħaq li rridu nkunu preparati sabiex flimkien, kif għamilna fil-passat, negħlbu l-isfidi bir-reżiljenza Ewropea.
Roberta Metsola tkellmet wkoll dwar in-nisa, u fuq l-isfidi li jaffaċjaw tul il-ħajja; minn bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja, għall-involviment tal-mara fil-politika.
Metsola saħqet li hi bħala mara li irnexxiela tasal fil-politika tista’ tifhem ferm l-isfidi li l-mara taffaċċja fil-politika. U spjegat ukoll li rridu nibdew ngħallmu lit-tfal li kemm il-mara u anke ir-raġel għandhom ikunu hemm, bħala rapreżentanti tagħna ħalli jintlaħaq kulħadd.
Apparti min hekk Roberta Metsola tkellmet wkoll fost l-oħrajn rigward bosta sfidi li qed jaffaċjaw in-nies – fejn semmiet l-għoli tal-ħajja, il-work-life balance, u anke l-issue tal-qabża lejn il-kwalità.
Intant il-President tal-Parlament Ewropew saħqet li minkejja dawn l-isfidi li qed jaffaċja pajjiżna u l-kumplament tal-Unjoni Ewropea, dejjem ikun hemm xaqq ta’ dawl. U b’ħidma waħda l-isifidi kapaċi jiġu melgħuba.
//= $special ?>
